Mt 11:25-30 -- You have hidden these things from the wise and revealed them to little children

Mt 11:25-30 -- You have hidden these things from the wise and revealed them to little children

APRIL 29 - FEAST OF ST CATHERINE OF SIENA, VIRGIN, DOCTOR OF THE CHURCH & CO-PATRON SAINT OF EUROPE - Int ħbejt dawn il-ħwejjeġ lil min hu għaref, u għarrafthom liċ-ċkejknin. SEPTEMBER 18 - PROPER GOSPEL ON THE FEAST OF ST JOSEPH OF COPERTINO - Feast of the Order of Conventual Franciscans SEPTEMBER 23 - SAINT PIUS OF PIETRELCINA OCTOBER 3 - THE TRANSITUS OF SAINT FRANCIS OF ASSISI OCTOBER 4 - SAINT FRANCIS OF ASSISI, Franciscan Feast OCTOBER 5 - St. Faustina Kowalska NOVEMBER 2 - one of the selected Gospels on the Commemoration of All the Faithful Departed (All Souls) -- Tifkira Solenni tal-Għid tal-Imwiet. - Another alternative Gospel is Jn 6, 37-40 IN YEAR A - FRIDAY - SOLEMNITY OF THE MOST SACRED HEART OF JESUS - IL-ĠIMGĦA, Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù -- "I am gentle and humble in heart - Jiena ta’ qalb ħelwa u umli." IN YEAR A - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 14 IN ORDINARY TIME -- "I am gentle and humble in heart - Jiena ta’ qalb ħelwa u umli." Evanġelju Mt 11, 25-30 Qari mill-Evanġelju skont San Mattew [Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli int, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem,, u għarrafthom lil min hu ċkejken. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek. [Mt:11:27] Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu. [Mt:11:28] Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jien ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu. =================== 29 ta' APRIL - Mill-Martiroloġju Ruman Katarina Benincasa twieldet fi Siena fl- 1347; sa minn ċkunitha għamlet minn kollox biex tingħaqad ma’ Alla u saret terzjarja Dumnikana. B’ħeġġa kbira għal Alla u l-proxxmu, ħabirket għallpaċi u l-għaqda fil-Knisja. Fi żmenijiet diffiċli tħabtet bil-qawwa għalljeddijiet u l-libertà tal-papa. Flimkien ma’ oħrajn li ġabret magħha ngħatat għall-ħidma ta’ għajnuna għall-fqar u l-morda. Ħalliet kitbiet mimlija b’tagħlim kbir spiritwali. Mietet fl- 1380. Il-papa Pawlu VI ħatarha duttur tal-Knisja fl-1970. --------------------------------------------------------- 4 ta' OTTUBRU - Mill-Martiroloġju Ruman San Franġisk twieled f’Assisi fl-1182. Wara żgħożija fiergħa, ċaħad il-ġid ta’ missieru u ngħaqad bis-sħiħ ma’ Alla. Ħaddan il-faqar, u għadda ħajja mfassla fuq l-Evanġelju; xandar lil kulħadd l-imħabba ta’ Alla. Lil dawk li riedu jimxu warajh tahom regoli mill-aħjar, li fl-1210 ġew approvati mill-papa Innoċenz III. Flimkien ma’ Santa Kjara, waqqaf ordni ta’ sorijiet klawstrali, kif ukoll għaqda ta’ nies li, waqt li jibqgħu jgħixu fid-dinja, jgħaddu ħajja ta’ ċaħda. Fl-1224, waqt li kien qed jitlob f’La Verna, irċieva f’ġismu l-marki tal-passjoni ta’ Kristu, li minħabba fihom bata ħafna fl-aħħar żmien ta’ ħajtu li seħħet, sentejn wara, fl-1226. .