Proper Gospel on NOVEMBER 29 - All Saints of the Seraphic Order (I,II,III Ord.) Feast 29 ta’ Novembru - O.F.M.; O.F.M. Conv.; O.F.M. Cap. IL-QADDISIN KOLLHA TAL-ORDNI SERAFIKU. Festa Evanġelju Mur, bigħ li għandek u ejja u imxi warajja Mk 10, 17-21 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien Ġesù [Mk:10:17] kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: "Mgħallem tajjeb, x'għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?". [Mk:10:18] "Għaliex qiegħed issejjaħli 'tajjeb'?", qallu Ġesù, "Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. [Mk:10:19] Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta' ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u 'l ommok". [Mk:10:20] U dak wieġbu u qallu: "Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti". [Mk:10:21] Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba u qallu: "Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu ========================== 29 ta’ Novembru - IL-QADDISIN KOLLHA TAL-ORDNI FRANĠISKAN - Festa F’kull waqt u f’kull żmien mit-twaqqif tiegħu sal-lum, l-Ordni Franġiskan kien dejjem jixbah lil ġnien li fih iwarrdu għadd bla qjies ta’ qaddisin u rwieħ tajba. Uliedu l-qaddisin tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Ordni ġew minn kull qasam tal-ħajja u minn kull ġens ta’ bnedmin. Hemm Franġiskani Martri, Dutturi tal-Knisja, Isqfijiet, Presbiteri, Fratelli Reliġjużi, Lajċi, Verġni, u Nisa u Rġiel Miżżewġa. Huma kotra kbira ta’ qaddisin miġmugħa madwar il-Fqajjar ta’ Assisi li f’ġismu jġib is-sinjali ta’ Alla l-ħaj. Il-festa tal-Qaddisin Kollha tal-Ordni ssir illum, għax kien sewwasew fid-29 ta’ Novembru 1223 li l-Papa Onorju III wettaq b’mod solenni r-Regola ta’ San Franġisk, li kien ġa wettaqha bil-fomm Innoċenz III fis-sena 1209. Il-kitba oriġinali tar-Regola tinsab miżmuma b’għożża kbira fost ir-relikwi insinji fil-Bażilka Patrijarkali ta’ San Franġisk f’Assisi (mill-Missal Franġiskan)