THURSDAY GOSPEL OF WEEK 5 IN ORDINARY TIME - “Lord, even the dogs under the table eat the children’s scraps.” EVANĠELJU Taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal. Mk 7, 24-30 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, Ġesù [Mk:7:24] mar fl-inħawi tal-belt ta' Tir. Daħal joqgħod f'dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, [Mk:7:25] għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f'riġlejh. [Mk:7:26] Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha. [Mk:7:27] U hu qalilha: "L-ewwel ħa jixbgħu l-ulied, għax mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi". [Mk:7:28] Iżda hi weġbitu u qaltlu: "Hekk hu, Mulej; imma taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal". [Mk:7:29] Imbagħad qalilha: "Għal din il-kelma li għedt, mur, ix-xitan ħareġ minn bintek". [Mk:7:30] U xħin marret id-dar, sabet it-tifla mimduda, u x-xitan kien ħareġ minnha. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .