JUNE 24 - Solemnity on the Nativity of Saint John the Baptist - Lk 1:57-66, 80 - "His name is John".

JUNE 24 - Solemnity on the Nativity of Saint John the Baptist - Lk 1:57-66, 80 - "His name is John".

24 ta’ Ġunju - Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista Evanġelju "Ismu huwa Ġwanni". Luqa 1:57-66, 80 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa [Lq:1:57] Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. [Lq:1:58] Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. [Lq:1:59] Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, [Lq:1:60] imma qabżet ommu u qalet: "Le, imma Ġwanni jkun jismu." [Lq:1:61] Qalulha: "Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!" [Lq:1:62] Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, [Lq:1:63] u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: "Ismu huwa Ġwanni." U kulħadd baqa' mistagħġeb. [Lq:1:64] Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar 'l Alla. [Lq:1:65] U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixerrdu dawn il-ġrajjiet kollha mal-għoljiet kollha tal-Lhudija, [Lq:1:66] u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: "Mela x'għad ikun dan it-tifel?" U tassew, id il-Mulej kienet miegħu. [Lq:1:80] It-tifel kiber u ssaħħaħ f'ruħu, u baqa' jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu. --------------------------------------------------------------------------------------- MILL-ORDNI (ORDO) Sena Liturġika 2023-2024 - Mill-Martiroloġju Ruman San Ġwann Battista, iben Żakkarija u Eliżabetta, kien l-aħħar u l-aqwa fost il-profeti. Il-festa tat-twelid tiegħu tfakkar il-bidu tal-Patt il-Ġdid. .