JULY 22 - Jn 20:1-2,11-18 -- "Woman, why are you weeping? Who are you looking for? - Mara, għaliex q

JULY 22 - Jn 20:1-2,11-18 -- "Woman, why are you weeping? Who are you looking for? - Mara, għaliex q

-- THIS GOSPEL Jn 20:1-2, 11-18 is as from VATICAN NEWS: GOSPEL OF THE DAY https://www.vaticannews.va/en/word-of... - WORD OF THE DAY on Date 22/07/26 -- AND Ġw 20, 1-2.11-18 - as is the Gospel in MALTA ORDO għas-Sena Liturġika 2025/26 https://laikosblog.org/wp-content/upl... - page 190 -- AND ALSO in Universalis: Gospel of John 20:1-2,11-18 https://universalis.com/Europe.Malta/... -- WHILE FROM Laikos Kalendarju https://www.laikos.org/QQ20/QF_0726.htm - the GOSPEL is: Ġw 20: 1. 11-18 Gospel video:    • JULY 22 - Jn 20:1, 11-18 -- "Woman, why ar...   =================================================== JULY 22 - Saint Mary Magdalen - Feast --- Santa Marija Maddalena - Festa Evanġelju Mara, għaliex qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex? Ġw 20:1-2, 11-18 Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann [Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. [Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!". [Ġw:20:11] Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, [Ġw:20:12] u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù. [Ġw:20:13] Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda, tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu ’l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh”. [Ġw:20:14] Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. [Ġw:20:15] Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex? Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu: “Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura”. [Ġw:20:16] Ġesù weġibha: “Marjam!”. Hi daret u qaltlu: “Rabbuni!” (jiġifieri, Mgħallem). [Ġw:20:17] Ġesù qalilha: “Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom”. [Ġw:20:18] Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: “Rajt il-Mulej u tani dil-bxara”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu. . .