Lk 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ

Lk 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME Evanġelju Iż-żerrigħat li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-Kelma u jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ. Lq 8, 4-15 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, [Lq:8:4] inġemgħet kotra kbira ta' nies li kienu ġejjin lejn Ġesù minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: [Lq:8:5] "Wieħed bidwi ħareġ jiżra' ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha. [Lq:8:6] Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. [Lq:8:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. [Lq:8:8] Oħrajn waqgħu f'art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija". Kif qal dan, rafa' leħnu u qal: "Min għandu widnejn biex jisma', ħa jisma'!". [Lq:8:9] Id-dixxipli tiegħu staqsewh x'kienet dik il-parabbola. [Lq:8:10] U hu qalilhom: "Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta' Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux. [Lq:8:11] Il-parabbola, mela, hija din: iż-żerriegħa hi l-kelma ta' Alla. [Lq:8:12] Dawk ta' matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu, imbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-Kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw. [Lq:8:13] Dawk ta' fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-Kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi fuqhom it-tiġrib jitilqu. [Lq:8:14] Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar 'il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u l-frott tagħhom ma jsirx. [Lq:8:15] Imma dawk li jaqgħu f'art tajba huma dawk li jisimgħu l-Kelma b'qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .