WEDNESDAY GOSPEL IN WEEK 1 OF LENT -- L-Erbgħa tal-Ewwel Ġimgħa tar-Randan MONDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME The only sign that will be given to this generation is the sign of Jonah. Evanġelju Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Lq 11, 29-32 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa [Lq:11:29] Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: "Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta' Ġona. [Lq:11:30] Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta' Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. [Lq:11:31] F'jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta' dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma' l-għerf ta' Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! [Lq:11:32] F'jum il-ħaqq, in-nies ta' Ninwè għad iqumu ma' dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta' Ġona; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Ġona!". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .