NOVEMBER 1 - ALL SAINTS. Solemnity - Rejoice and be glad, for your reward will be great in heaven -- 1 ta’ NOVEMBRU – Solennità tal-Qaddisin Kollha - Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. NOVEMBER 2 - one of the selected Gospels on the Commemoration of All the Faithful Departed (All Souls) -- Tifkira Solenni tal-Għid tal-Imwiet. IN YEAR A - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME - How happy are the poor in spirit - Henjin il-fqar fl-ispirtu. Evanġelju (Text updated on Feb 1st 2026 from - https://laikosblog.org/2025/07/11/qq_... -) Mt 5, 1-12a Qari mill-Evanġelju skont San Mattew F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, [Mt:5:1] Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. [Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: [Mt:5:3]"Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. [Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. [Mt:5:5] Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. [Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bl-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. [Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. [Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw lil Alla. [Mt:5:9] Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. [Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. [Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. [Mt:5:12a] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu ===================== Fl-1 ta' Novembru - Il-Qaddisin Kollha - Solennità (abjad) Nota Tinkiseb indulġenza plenarja b’suffraġju għall-mejtin meta: a) bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru ssir żjara f’xi ċimiterju u jsir talb għall-mejtin; b) illum jew għada ssir żjara f’xi knisja u jingħadu Missierna u Kredu. Tingħata indulġenza parzjali lil min: 1) iżur ċimiterju u jitlob għall-mejtin; 2) min jitlob il-Lawdi jew l-Għasar mill-Uffiċċju tal-Mejtin; 3) min jitlob l-invokazzjoni: Agħtihom, O Mulej ... ==================== Mill-ORDO - ORDNI Sena Liturġika C, 2024 - 2025 - paġna 277 .